Monday 15 July 2019


Image result for canary in a cage

Fit Tarf Ta’ Lejl.

Fit-tarf ta’ lejl qatt ma jispiċċa
ittamajna għalxejn li sejjer jisbaħ,
għaliex l-għodwa mimlija bit-taħbit tat-tnabar
bit-tisbit, u t-tħarbit ta’ min ried jaħtaf aktar
fin-non chalance tal- laissez faire.
Imbagħad smajniehom jgħidu
li għalihom ma kien ifisser xejn
li aħna nqbadna ġewwa gaġġa
bħal kanarini  jgħannu.

Għalina l-għasafar
ma kien ifisser xejn
li għandna t-twieqi miftuħin
għaliex hemm barra kien hemm
dwejjaq aktar minn hawn ġewwa.

Alfred Grech
16-07-2019.

No comments:

Post a Comment