Tuesday 30 July 2019


Related image

F’Daż-Żminijiet ta’ Ndulġenzi Plenarji.

F’daż-żminijiet ta’ ndulġenzi plenarji
fejn kulħadd jagħmel li jrid
u x-xejn mhu xejn,
imqar il-ħolm qed jgħejja
u l-ħsibijiet iltiema jitfaqqru
biex lanqas jibqa’ jwarrad fil ġonna tad-dnubiet
il-fjur tal-ilsna ħielsa
mirduma kif inhuma taħt id-dell tat-torrijiet.
U l-eternita’ wkoll ħalliet dawn il-gċejjer għeżież
li lanqas għadhom hemm.

Xħin titlaq minn qalb is-skiet
it-tluq jitwieled waħdu
il firda ma tkun xejn għajr il konferma
għax din tkun ilha f’moħħok u f’qalbek
għakemm żammejtha għalik,
u aħna m’aħna ħadd għajr barranin
li bqajna ngħixu qaqoċċa
ġol-bitħa ffullata tal-ħabs ta’ ruħna.

Alfred Grech
31.07.2019.

No comments:

Post a Comment