Wednesday 31 July 2019


Image result for truth allegory

Is-Sewwa.

Taħraq għajnejk xħin tħares lejha
statwa tal-ġebel issir
sakem tkun taf li int għarwien
u mhemm imkien fejn tmur tistaħba
fejn taħbi l-għera tiegħek
għax lanqas werqa m’għada tikber, kollox nixef.
Aħjar li tibqa rieqed
fis-sirda ta’ nofs il-lejl
mingħajr ma tħabbel rasek
għaliex għandek tkun taf
inkella x’għandek tfittex.
Aħjar tistaħba fl-isfumar
ta’bejn  wieħed u ieħor
ta’ meta tkun tistejqer
min-nagħas qadim miblugħ
u terġa’ ssir mill-ġdid tarbija ċkejkma.
Jibqa‘l- wens kbir li tħaddan dak li taf
li mingħalik hekk kien minn dejjem
mingħajr ma tikxref qatt fuq it-turretta.

Ikun aħjar, għax għandek mnejn
li titlaq tiġri.

Alfred Grech
01.08.2019


No comments:

Post a Comment