Tuesday 16 July 2019


Related image

Met’Inti.

Met’inti tkun il bogħod
snin ta’ dawl minn dak li tkun qed taħseb
ma jimpurtax li tkun qed tħejji
il-mogħodija għad dinja tal-erwieħ.
U tibżax li l-bogħod li hemm bejn kewkba w’oħra
ma taqsmu qatt
għaliex hawnhekk tivvjaġġa biss ir-ruħ.
Hawnhekk trid trid tara kif takkwista il-mappa
il-mappa ta’ lilhinn li jiġi l-bogħod
mill-eqreb galassija.
Jekk qatt taħseb it-tul
il-firxa ssir ħafifa
għaliex imbagħad jekk għandek tfassal,
tfassal mappa ta’ dak li hu għal dejjem.
Mappa bħal dik
tista’ tkun ukoll xi ħaġa illużorja
bħal kewkba li tiddi biss kull xħin jiftlilha
Jew issb li tkun tħabbilt
fl-għanqbuta litkun  nsiġt.
La tiddejjaqx u la tibżax
għax aktar jagħtu fl-għajn it-tiċritiet i ċ-ċikatriċi
milli d-dnubiet li stajt qatt tagħmel.

Alfred Grech
17.07.2019.

No comments:

Post a Comment