Monday 15 July 2019


Related image

Mhuwiex.

Mhuwiex iż-żmien li jħoll u jogħrok ma riġlejn l-iġganti
U jiekol minn qiegħ il-blat iebes sa ma jaqta’,
Iżda d-duħħan efimeru li fih insibu ruħna.
Xħin jiġi t-tmien ikun bħal meta għaddiet il-ferrovija
U bqajt l-art.

Mhijiex il-bidla li ta’ bil-fors isseħħ
Fl-għamla u fis-sura li ftit, ftit
Tħott dak kollu li jinbena
Izda l-immensita’ tal-mistoqsija li titwieled:
Għaliex dan kollu?

Mhuwiex l-għarfien li tul i-mien jinġemgħa,
Jiżdied bil kejl tar-riflessjoni,
Iżda l-nebħ li wara kollox tkun gaħdek ma taf xejn
U kollox spiċċa frugħa.

Alfred Grech
15,07,2019

No comments:

Post a Comment