Saturday 6 July 2019


Image result for stone water spout Malta

Dan Huwa Ż-Żmien

Dan huwa ż-żmien li qatt ma xtaqtu jasal,
Dan hu l-imkien fejn xtaq li qatt ma kont.
Dan huwa dak li jnissel ħsieb il-biża,
Fil-milja tiegħu ġabni bħal miġnun.

Dan hu t-twettieq ta’ dik il-profezija,
Ewlieni l-waqt xħin kont illuminat,
Iberren f’moħħi ’mma ħsibt ki qatt mna jasal
U qatt ma ħlomt li nkun għad f’dan l-istat.

Imbagħad ftit, ftit, irtsaqna lejn ix-xifer,
U xorta waħda bqajna m’emminniex.
Ħaddieħor daq it-telf u l-morr tal-milja,
U bqajna ngħixu dak li ma konniex.

Xħin tasal hawn tixtieq li tmiss ix-xefaq,
Jew tinża’ l-ġilda bħalma jagħmlu s-sriep;
Tmur tisparixxi wara kantuniera,
Iż-żmien bħal qtar li jinżel mill-miżiep.

Alfred Grech
06.07.2019

No comments:

Post a Comment