Sunday 14 July 2019



Image result for bright star
Lilek Ma Rridekx.

Lilek ma rridekx
biex tkun konkwista’ ġdida
ja kewkba misterjuża li kull ma jmur titbiegħed
u naf li jien għalxejn niggebbed
biex nilħaq merżuq dawl
fix-xefaq tal-ġmiel u l-hena tiegħek.

Lilek ma rridekx
biex it-tnejn li aħna
noqgħodu nfesdqu l-weraq tal-blanzuni
li ħallejna wara daharna tul il-mixja
nistaqsu l-mistoqsijiet bla ma nweġbuhom
għax nafu l-għadda żmien
iżda biżżejjed li nagħmlu diskursata.

Lilek ma rridekx
biex nagħmlu l-paraguni
ta’ xhinu jew seta’ kien it-tajjeb
jew nagħżlu triq mill isbaħ u mill aktar komda
imbagħad malajr nintebħu
li l-kruha qiegħda fuq il-ponot ta’ subgħajna.

Lilek ma rridekx!
Irridek titbissimli
biex tqanqal ġewwa fija
is-seħer taċ-ċkunija.

Alfred Grech
14.07.2019.


No comments:

Post a Comment