Friday 5 July 2019


Related image

Hu Dan Xi Don Min Alla?

Hu dan xi don minn Alla
Li dawn jisparpaljaw
U jaħtfu, jbiċċru, kissru
Jikkalpestaw kull m’haw’?

U din xi sejjba kbira
Li tagħmel ħafna flus
Bid-deni ta’ ħaddieħor
Fl-ambjent li mhux minsus?

U dan trid wisq biex tifhem
Li din l-Awtorita’
Minflok ma tikkontrolla
Qed tgħin fl-immunita’?

U lanqas trid tkun għaref
Iddawwar wiċek l’hemm
U qisu xejn mhu jiġri
U sirna nies bla demm.

Alfred Grech.
05/07/2019

No comments:

Post a Comment