Friday 5 July 2019


Related image

Lanqas Tinbidel.

U le lanqas tinbidel
Imqar jekk trid il-folja taqleb
U tħares f’wiċċ kull min għaddej
Biex tara jekk tagħraf xi ħadd li tafu.

Tmur lura għal kemm il-sena
Tmur lura l-bogħod fiż-żmien
Biex tara jekk tilmaħx
Jew tirxoxtax i t-tqanqiliet
Li kienu ifissru l-ħajja
U ma tħoss xejn
Għax qalbek tal-azzar.

Dan huwa nżul ix-xemx
Miktub f’jum iebes minn ta’ lulju
Mistoħbi fl-għabex tal-blugħa
Li darba kiienet tfisser
Poeżija.

Alfred Grech
05/07/2019

No comments:

Post a Comment