Sunday 21 July 2019



Related image

Il-Lejla Hawn Madwari.

Il-lejla hawn madwari
u madwar l-oħrajn
il-bżieżaq tal-bews tiegħek.

U la twebbilnix biex niġi ħdejk
għaliex ikolli naqsam
il-baħħ invalikabbli
tal-eżistenza tiegħi.

Sakemm nistaħda għadni
fis-solitudni
ma jkun inbidel xejn
u nista’ wkoll nintilef
fil-multitudni
u noqgħod naħli l-ħin
fil-bżieżaq tas-sapun
jew noħlom.

Il-lejla għammadni b’idejk
xħin tiġi minn warajja.

Alfred Grecvh
22/07/2019.

No comments:

Post a Comment