Saturday 20 July 2019




Related image
Lil Ġanna.


Miniex inżomm it-temp maż-żifna tiegħek
għalkemm għajnejna t-tnejn sikwit jiltaqgħu,
offrejtlek kemm il-darba żżomm ir-riedni
kull xħin infaħna l-bżiezaq bdew jinfaqgħu.

Bħal meta jeħel l-għaraq fir-riħ isfel,
Ħallejtni  lsir daħħaltni f’ħafna basal,
bħal lupu affaxxinat bil-fjamma taqbad
nistenna l-aħbar tajba u qatt ma tasal.

Illum li ma ħaddieħor bqajt għaddejja
ma ġietni l-ebda xewqa li nittanta
xortija li bil ġebel trid tħaġġarni
Bqajt hawn bil-pinna f’idi u niskanta.

Alfred Grech
20/07/2019,

No comments:

Post a Comment