Tuesday 13 August 2019


Image result for infrastructure malta

U Mela Imla Moħħok.

U mela, imla moħħok
li dawk għalik u għalija
joħolmu bil-proġetti
jikkuntrattaw bil-mija.

U mela, imla moħħok
li dawk qed jaħsbu fina,
asfalt, konkrit u toroq
u ħolmu wkoll bil-mina!

Dak kollu biex igawdu
l-allat u l-kuntratturi,
u huma jgawwdu magħhom
biex jgħixu ta’ sinjuri

Alfred Grech
13/08/2019

No comments:

Post a Comment