Thursday 29 August 2019


Image result for infinity


Inlumu L-Infinit.

Ħadd m’għadu jaf x’qed jagħmel
Int tmieri lili għax qatt ma wasalt ħdejk
Indoqqu t-tnabar mingħajr ritmu
U nkejjlu mingħajr riegla,
Nisselfu bla ma nroddu
Dal-ġiri mhux għall-dejjem
Iġġebbed kemm iġġebbed
Sa fl-aħħar għad tinqata’
U l-ħabel wasal f’tarfu
Il-bosk jinħaraq b’ħatbu
U l-ilma ilu mdarda.
Int tmaqdar lili
U għadek qatt ma rbaħtli
Għax  jien ma nkejjilx b’xibrek
Ħadd minna m’għandu raġun
Veduta minn fejn tħares
Għandu kulħadd iżda trid tara
Fuq liema barkun tkun
Jew fuq liema quċċata.
Għax nintilfu t-tnejn
Inħarsu lejn xulxin
Imdewwba fl-infinit.

Alfred Grech
29/08/2019

No comments:

Post a Comment