Tuesday 6 August 2019


Image result for sexy woman under the moonlight

Aħjar.

Aħjar toħlom
milli tħabrek biex tbiddel
id-dinja ta’ madwarek.

Aħjar kastelli tibni fl-arja
milli titmattar biex tilħaq għad
is-sema
għax is-sema jibqa’ hemm ma jinbideilx,
iħares l-isfel
fuq purċissjoni nemel.

L-imħabba hija l-leħen li jistordik
jirbombja ġewwa fik u qatt ma jaqta’
int għandek biss titlgħallem
tissemmagħlu.

Tterraq kemm trid
il mogħodijiet tal-fehema t-tajba
iżda r-rieda għad m’għandekx
biex tasal għad x’imkien.
Jekk għad tissokta l-mixja ssib
li tħares qed fil-bogħod
lejn l-oċeani
lejn xtajtiet ta’ mewġ il-baħar.

Jista’ jkun ukoll li tagħżel li tgħix
bil-misteri kollha tiegħek
imbagħad ejja ħdejja
jien  nistenniek lilhinn mill-oċeani
taħt qamar kwinta.

Alfred Grech.
07.08.2019.



No comments:

Post a Comment