Wednesday 21 August 2019


Image result for maltese economy


Dawn Baqgħu Jippumpjaw.

Dawn baqgħu jippumpjaw
u baqgħu hekk irewwħu,
l-ekonomija tikber,
u b’ħafna nċens ifewwħu.

U kollox kien ftaħir
biex aħna lkoll nemmnuhom
għasfur jiftaħar b’rixu
minflok inżebilħuhom.


U kollox kien ftaħir
għamlulna l-bżar f’għajnejna,
għax bħal bużżieqa din
u nerġgħu minn fejn bdejna.

Biex issa ara x’ġara
din f’daqqa bdiet tixpakka
u xorta baqgħu jgħidu
l-iskuża kienet fjakka.

Jekk qabel kien hemm dubbju
kemm twassal din il-ħlieqa
illum quddiem għajnejna
infaqet il-bużżieqa.

Dawn baqgħu jippumpjaw
rieduha tibqa’ tkattar
din l-art fejn lanqas hawn
fejn tista’ biss titmattar.

Alfred Grech
21/08/2019

No comments:

Post a Comment