Thursday 8 August 2019



Image result for ignorance.

Intom li Twelidtu fil-Ħsejjes.

Intom li twelidtu fil-ħsejjes
ma tafux xi tfisser ħemda
intlejtu bid-duħħan
u emmintu l-gidba tagħkom.

Intom li qatt ma ħsibtu
jew ħsibtu qasir wisq
emminti li l-ġejjieni
hu tagħkom u taghkom biss
u tlaqtnu minn hawn b’idejn battala.

Intom tal-quċċata
żeblaħtu lil ħaddieħor
u ma ntbaħtux li qed tistrieħu
fuq ramel li qed jimxi.

Intom li kissirtu
d-dinja ta’ kulħadd
għereqtu fl-injoranza
tal-ħofra ċkejkna tagħkom.

U intom il-battala
ma fhimtu qatt għaliex
xi ħadd jimliekom kellu
u bqajtu tagħmlu l-ħsejjes.

Aħna bqajna nemmnu
fil qawwa tal-allat
li kienu mlewna rasna
bil-ferħ li hemm f’Elysium
iżda llum nafu
li l-allat telqu
u olimpu sfat waħeda.

Alfred Grech
09.08.2019




No comments:

Post a Comment