Saturday 24 August 2019


Image result for singing a hymn.

Innu.

Jien dari fuq is-sħab
Is-sema pajjiiżi
Intir minn warda għall-oħra
U nimraħ qalb il-ġiżi.

It-toroq kollha mhux biżżejjed
Biex għad xi darba
Għax fejn ridt nasal ma nafx.
Mill-bqija din biss ħarba.

Il-baħħ għad jirbaħni
Imqar jekk noqgħod għarkubtejja
Biex nitlob nistenna li xi darba
Bħal ruħ nistenniek ġejja.

Jekk għad nirxoxta
U nqum minn bejn l-Imwiet
Għad forsi nibda’ nemmen
U  nitlob hawn fis-skiet.

Jekk norqod nibda’ noħlom
U nara l-qaddisin
Mingħajr id-diadema
Fil-ġenna magħqudin.

La tinsinix jekk qatt
Ma tisma’ ħbari
Jien wild is-sewwa
U d-drawwiet ta’ dari.

Jekk tisma’ l-għanja tiegħi
Bla ritmu din bla rima
Issib li hi bla noti
Għax tkun l-aħħar tislima.

Alfred Gech
24/08/2019


No comments:

Post a Comment