Thursday 22 August 2019


Image result for gotterdammerung

Meta l-Allat.

U meta l-allat idejhom fetħu
infetħu bibien is-sema bil-ġid li beda nieżel
bħal manna fid-deżert tal-eżilju
u dawk li kellhom ħafna kompla jitkattrilhom
u dawk li kellhom ftit
imqar il ftit lil kellhom itteħdilhom.

U meta l-allat ma tawx każ aktar
ħassewhom sew imxaħxħa kif kienu
fl-oplulenza u fl-affluwenza
li f’daqqa waħada ġiet fuqhom
u għelbithom u aktar ma tawx każ
tagħna l-bnedmin ordinjarji
għax bdew jarawna nemel jew insetti oħra
li fuqhom setgħu jirfsu.

Iżda fl-aħħar u fl-għabex tal-allat
meta ma tawx aktar każ għax sikru
fis-swalu twal u wisgħin ta’ Asgard
inħarqetilhom il-Valhalla
u magħhom inħraqna aħna lkoll
in-nies ta’ rieda tajba ta’ din l-art ħelwa.

Alfred Grech
22.08.2019,

No comments:

Post a Comment