Sunday 11 August 2019



Image result for st lawrence feast Gozo
Int Tista’ Tikteb Kemm Trid.

Int tista’ tikteb kemm trid
dawk mhux se jagħtu kasek
dawk aljenati fil-murtali u fit-tiżjin
fil-bandalori u l-festuni
fit-trofej u l-ġavaljuni
kemm kisfet dik u x’libset l-oħra
jew kemm tilbes issikkat.
Iżda xi ħsejjes mhumiex tal-festi
għax m’għandhom xejn minn tal-barokk
għax xi ħsejjes iqajjmu l-mejtin
u int għalxejn trid togħnos
għax dawk jibqgħu għaddejjin.

Int tista’ tikteb kemm trid
stajt kont fil-fratellanza
erfajt ukoll mill-vara
biex tnaqqas id-distanza.

Int tista tikteb kemm trid
u timla’ l-karti vojta
għax jafu kif tistagħġeb
u mhux se jagħtu kasek
jaħsbuk li kont profeta
b’xi ċirku tond ma rasek
f’deżert fejn lanqas timxi
jew leħen ma jirbombja.

Int tista’ tibqa’ tikteb
u timla’ l-paġni vojta
bit-tama l’għad xi darba
jitniżżel kull ma taħseb
fuq ologramma imċaftar
u b’hekk tirbombja l-karba
u jkunlek hekk il-mafkar.

Alfred Grech.
Festa ta’ San Kawrenz
11/08/2019

No comments:

Post a Comment