Tuesday 27 August 2019



Image result for overbuilding in malta

Telgħin.

Telgħin dawn jibqgħu telgħin
u hawn ħadd mhu qed jeqfilhom
għax sabu r-riħ fil qala
ta’ fuq nett qed irewwħilhom.

Telgħin dawn jibqgħu telgħin
kull darba sular ieħor
u jibqgħu jisfidaw is-sema
sakemm jikkonfondihom.

Telgħin, dawn jibgħu telgħin
telgħin minn grad għall-ieħor
minn tarġa’ għall-oħra mingħajr xeba’
ma min jinqeda’ bihom.

Telgħin dawn jibqgħu telgħin
fil qtil tal-innoċenti
fil ħtif, fil-qirda u fil-ħażen
u ħadd ma jqum għalihom.

U jonfħu dil-bużieqa
tkabbir artifiċjali
u jkomplu jiftħu l-ġwienah
araw ħej daqsxiex fihom!

U jonfħu, jgħafsu, jrossu,
u dawn ħadd ma jeqfilhom
biex fgaw kull m’hawn kullħadd bla nifs
u l-ħela għamel bihom.

Telgħin dawn komplew telgħin
fuq l-għolja tal-kalvarju
biex kollox jibqa’ għaddej
mal-wied hekk mingaħlihom.

Alfred Grech
27/0/2019












No comments:

Post a Comment