Monday 26 August 2019



Image result for sybil on tripod

Hi Kienet Hemm.

Hi kienet hemm
tistennieni f’tarf is-sqaq
taħt il-fanal
turini d-dawl fid-lam tal-lejl.

Hi kienet hemm
testennieni f’tarf ix-xatt,
fejn jiltaqa’  l-baħar
mar-ramel
minsija.

Iżda hi kienet hemm
u rikbet malajr is-sħab
u saret malajr is-sibilla
bilqiegheda fuq it-trepied
twissini u tfissirli
diskors li mhux minn jeddha
dal kliem li mhux minn tagħha.

Alfred Grech
26.09/2019.

No comments:

Post a Comment