Saturday 24 August 2019


Image result for challenge sisyphus

Sfida.

Inkella nisparixxi,
duħħan tas-sigaretti
għalhekk insib l-isfida
li naf li tgħodd għalija
biex nerġa’ nsir tabakk
u nieħu r-ruħ
għax jien l-isfida ngħix
għax jien l-isfida
u għaliex l-isfida tnessini
li qed ngħix ġo din id-dinja
tal-aljentati. tal-okkupati
tal-istumblati tal-istrambi
tal-isolati, ta’ min qed jgħix
f’dinja oħra u f’ħin ieħor.

Insir jien l-isfida,
u xħin nirbaħha
immur infittex oħra
jew lil dik li darba qaltli
li taf tagħmilni ħieni.

Alfred Grech
24/08/2019.


No comments:

Post a Comment