Friday 16 August 2019



Image result for looking out of a prison window
Fuq Bjut Iż-Żmien imdendel.

Fuq bjut iż-żmien imdellel
jitiwieled ħolm l-eternita’:
fittizja kull radda mdallma
kull tikmixa fuq il-ġilda
u kull tifkira tiġġedded
fil-ħsieb ikkudensat.

Ma tlugħ ix-xemx
jogħsfru bħan-nida fuq il-weraq
u jiena mit-tiwieqi tar-ruħ
nittawwal l-iżraq
fid-dell tat-torrijiet iċarrtu
is-sema mbikkem.

Alfred Grech
17/08/2019

No comments:

Post a Comment