Tuesday 24 September 2019


Image result for poetry in motion

Din Mhix Il-Poeżija Tiegħi.

Din mhix il-poeżija tiegħi.
Din mhix il-ħmara li titla’ t-telgħa
 tal-kalvarju bit-tagħbija
biex aħna nimbuttaw minn wara
trazzjoni fuq quddiem.

Dan mhux tinwieħ ir-riħ
ta’lejla settembrina
ma tafx hux tiela’ l-ajru
inkella’ qiegħed thewden.

Din mhijiex tmellisa
ta’ qattusa titgeddes
u titlob ftit tal fsied
jew tfajla ċkejkna liebsa żoff
fuq xagharha
titlob l-attenzjoni.

Din l-għanja sielma li trid toħroġ
u ma tafx issib it-triq minn ġol-fessuri
minn fejn titlaq u tiskappa
 u toħroġ għad-dawl tax-xemx.

Alfred Grech
25/09/2019.

No comments:

Post a Comment