Friday 13 September 2019


Image result for inspiration


Tkum Għada Ma Ġietx.

Tkun għada ma ġietx u xorta waħda nibda nħażżeż
Dak li naħseb li tridni ngħid.
Tkun għada ma waslitx
U xorta waħda nħoss il-ħsejjes tat-takkuna.
Imbagħad xħin tiġi nibqa’ sieket
Għax hi biss taf id-direzzjoni
Ta’ fejn l-iwiefen jonfħu,
U dak li jġorru magħom i-buffuri
Merħba bih,
Għax jiena nerġa’  ntenni
Dak li ssefsef ġo widnejja,
Bħall-ilma ġieri li joħroġ min-nixxiegħa
Imqar jekk ma jifhimni ħadd,
Imqarr jekk naf li qed ninkxef
Iżda nħossni eħfef.

Alfred Grech
13/09/2019

No comments:

Post a Comment