Tuesday 3 September 2019


Image result for she walks in beauty


Int Għandek.

Int għandek minn tal-kwiekeb u t-tempesti
U ġejja mid-deżert tal-ħolm u s-sħaħar
Pjaneta ġdida
Univers imbiegħed
U jien għalxejn inbaħħar l-ibħra tiegħek.
Għalina l-ħolm li ħlomna mhux biżżejjed
Jekk inti tibqa’ għaddejja dritta u twila
Fit-triq imfassla tiegħek
Tinsiex minn żmien għal żmien
Ibagħtli ħamiema ġġorr il-ħsieb
Li fuq in-naħħa tiegħek
Hemm iktar ħdura.

Alfred Grech
03/09/2019

No comments:

Post a Comment