Traġedja Tkun.
Traġedja tkun li mbagħad għajnejk trid taqla’
biex lanqas tibqa' tħares fuq
il-ħsara
li ġibt b’idejk: xħin taf li tista’
tikteb l-aqwa
ġrajja li tista' qatt tinqara'.
U jien ħassejtni bħal bint
il-farawni
ma stajtx nitilqek hemm inti u għaddejja
tiggalleġġja fuq wiċċ l-ilma tax-xmara.
Jien kont sellimtlek xħin bil-qlugħ mifuħa
int bdejt bil-mod tibiegħed lejn
ix-xefaq
u dak għalija kien inħal wasal'għabex
sakemm qam riefnu ġdid u rmiek fuq ħoġri.
Jien għad inkun jien li nkebbes
il-ħuġġieġa
Biex tisħon u hekk
intennu l-istess-ħrafa
li lilek il-velenu tas-serp
malti
xejn ma jagħmillek.
Alfred Grech
10/09/2019
No comments:
Post a Comment