Friday 6 September 2019


Image result for cranes malta


Tal-Biża Dal-Pajjiż.

Tal-biża dal-pajjiż
Tal-biża kif it-titani li orjentaw id-dinja
Tilfu l-ħatfa tagħħom fuq din l-art imwiegħra
U nħakmu mill-allat il-ġodda
Tal-għolja ta’ olimpu
Fejn hemm ma jersaq ħadd
Għajr dawk il-ftit magħżula.

Tal-biża’ kif l-allat ma jista’ għalihom ħadd
Spiċċaw ilsira tal-flus
U tal-indifferenza.

Tal-biża il-qilla ta’ bixriehom
U kif l-ilpup għatxana dejjem biex jaħtfu
Dlam il-lejl ma jasal qatt
Ma jasal qatt ħin il-mistrieħ
Imbagħad jixxalaw l-avultuni
Fuq il-karnaġġ u l-ħerba li jħallu warajhom.

Tal-biża dal-pajjiż
Tal-kotra li tagħllmet il-mantra
Ta’ kredu ġdid
Fil-benniena ta’ mewġ il-baħar imdardar
Titbandal fil-letarġija.

Alfred Grech
06/09/2019


No comments:

Post a Comment