Monday 16 September 2019


Image result for mysterious muse


Iżda S-Seħer Kollu Tiegħek.

U issa int ukoll ħallejtni
M’għadekx tiġi għall-għarrieda kif kont tagħmel
Liebsa lbies ferrieħi
Biex  taħsadni
Jew jekk tiġi, tiġi liebsa libsa griża
Jew sewda donnok sejjra funeral.
Ma nafx huwiex għaliex umbrajtni
Jew għax jien ittaraxt
U m’għadnix nobdik malajr bħal qabel.
U jista’ jkun ukoll telqitni l-ħila
U s-seħer li nwettaq dak li tgħidli
Biex nagħtli l-ħajja ġdida lill-iħirsa.
Iżda s-seħer kollu tiegħek
U għalkemm qasira tkun iż=żjara tiegħek
Għanda mill-eternita’

Alfrred Grech
16/09/2019.

No comments:

Post a Comment