Thursday 26 September 2019


 Image result for illuminated
L-Illuminat.

Għax ħadd ma jrid jindaħal
ir-romblu jkompli jrambal
u jien mintedd quddiemu.

Ir-riħ qed jinfoħ mill-punent
u l-friefet tgerrxu.
Ma niftaarx jien ġenn bħal dan
kemm ilni ħaj.
Trid tmidd rasel fuq il-loppju tal massa
modqija b’dil-orġja tal-banalita’
tal-maltin li jafu x’qiegħdin jagħmlu.

Imbagħad filgħodu nistenbaħ
taħt sema’ li sar iswed
u xemx tinħeba wara ċpar
xħin tara lili.
Xejn ma jkun ġara.
Hemm il-lejl li jixgħel xema
biex iwassal fil-wesa’ tal-ispazju
bla konfini l-aħbar ta’ din ir-ruħ
li telgħet fuq il mambar.
Drabi oħra jaqbadni ħmar il-lejl
u filwaqt li nimxi bla ma nara
inħossni l-illuminat.

Alfred Grech
17/09/2019

No comments:

Post a Comment