Sunday 1 September 2019


Image result for political parties in Malta

Partiti.

Seħtu lil xulxin min fuq il-mambar
għax dinbu  u qalu l-ereżiji
u daru dawra mejt
mal-ewwel kantuniera
u qam irvell bejniethom
għax ma setgħux jiftiehmu.
Imbagħad intebħu
li biex tiskonġra trid tkun pur
u m’hawn ħadd pur fid-dinja
u tilfu s-sens u l-mira.

M’għamlux bħall-oħrajn
tax-xaqliba l-oħra li għamlu
mid-dnubiet teżor il-maħfra
mit-trasgressjoni u d-devjazzjoni
kult ġdid għal din l-art ħelwa
għal din is-soċjeta
bla ruħ u ta’ bla kedda.

Alfred Grech
01.09.2019.

No comments:

Post a Comment