Wednesday 4 September 2019


Image result for flying dove


Int Qiegħda Sew.

Int qiegħda sew
Tagħmel dak li drajt tagħmel
Tinħeba wara l-lenti
U jiena hawnhekk mistagħġeb bija nnifsi
Kuljum burdata differenti.
Imbagħad inkomplu nderru
Nitbiegħedu minn dak li hu
Jew dak li għandna nagħmlu
U nagħżlu ttixbiħat
Li l-iktar inessuna
Dak li għandna ngħidu
Għax dak li għandna nagħmlu
Hu dak li hu
Tedjanti, medjokri u ta’ did-dinja
Filwaqt li aħna rridu
Nisselfu l-ġwienaħ ta’ xi ħamiema
U ntiru bl-aħbar it-tajba
Lejn ximkien ieħor.

Alfred Grech
04/09/2019


No comments:

Post a Comment