Saturday 28 September 2019



Image result for darkness in the alley

Fit-Tarf ta’ Sqaq Mudlam.

Bħar-rix itir mar-riħ
bħal qata’ ħuttaf ipassi
b’riġlejja rfist il-beraq
u l-art ta’ taħti ħdaret.
Nistejqer jekk insib il-fewġa
tisfigurani u mbagħad
nstaqsi x’kien li qajjimni
daqshekk kmieni
biex noqgħod ngħod xewqati
u l-ward tax-xewk fi ħdanek.
Bħal tfajjel mingħajr ħażen jien
ħassejtni fqir u zgħir
tgħabbejt bit-toqol kollu
u issa rrid inġorru
sa fuq nett.
Iżda xorta għadni nfittex
dak l-iltim li nġorr ġo fiha
għax f’dak l-iltim jien nemmen wisq
warajħ insus bi ħġari.
Issa wasalt hawn
fit-tarf ta’ sqaq mudlam
infittex merżuq dawl
biex naqra wiċċ il-lejl.

Alfred Grech
28/09/2019.



No comments:

Post a Comment