Sunday 8 September 2019


Image result for moses'burnt face


Hemm Drabti Jixorbulek Saħħtek

Hemm drabi jixorbulek saħħtek
u jħalluk stordut.
Meta ġejt ħdejk kont mgħarraq fid-dwejjaq
u mxabba’ minni nnifsi
Ħsibt li kelli namgħel bħal ħaddieħor
u nderri biex ninsa’ fil-mogħdija taż-żmien
fil-benniena tat-tnissija
biex nerġa’ nistenbaħ mill-ġdid
bit-tingiż tal-kuxxjenza
u l-baħħ fl-istonku.

Meta nżilt mill-muntanja
wiċċi kien maħruq
bħalkieku rħewli fuq spallejja
it-toqod li mmexxi nazzjon
imbagħad intbaħt mill-ġdid
li l-allat kien ghadhom bil-merfugħ.

Qed naħseb li l-lejl l-ieħor kien tas-seħer:
Int tagħmel is-seħer.

Alfred Grech
08/09/2019/





No comments:

Post a Comment