Thursday 19 September 2019


Image result for motherhood

Lil Ommi.

Imqar jekk idum seklu
Daż-żmien li nqatta’ ħdejk
Nixtarr is-skiet li jfisser ħafna.
Ma titkellimx u tgħidli
Dak li ħaddieħor qatt ma jifhem.
Nixtieq naf x’ikun għaddej minn moħħok
La dak li tid tgħid ma tgħidulix
Fejn tmur tittajjar il-ħamiema li ħarrbet mill-arka ta noe
F’mergħat u wesgħat ta’ wileġ mingħajr xefaq
Li ma jħaddarx u ma jrawwamx
Biex terġa’ tiġi lura bil-werqa’ taż-żebbuġa fil-munqar.
U jien nerġa’ nerġa’ ntenni
l-għanja li għannejt
u naħseb ħsiebijiet li kont naħseb
fi Ġnien il-Għeden
meta jiena u inti ma konniex nafu
x’inhu ħażen.
Imqar jekk iddum eternita’ dal-waqt tas-skiet
Jien naf x’għandek f’moħħok
U terġa mil-ġdid twellidni
Moħħi mimli bi dħaħen diġitali
Fil-kalzri taż-żmien tal-lum,
Biex nibda’ ngħid li qiegħed ngħix.

Alfred Grech
19/09/2019


No comments:

Post a Comment