Sunday 8 September 2019



Image result for man with cellular phone

Kont Għedtlek.

Kont għedtlek li bejnietna
mhemmx aktar teatrini
u lanqas reċti bla kontroll.
Iżda l-vleġeġ ta’ bla ponta
laqtuna u sfajna t-tnejn feruti.
In nar kien għadu jnajjar
u l-ġamar ma miet qatt.
Tistħajjlek li qed tibgħat
messaġġ ieħor miċ-ċellular
ma tafx għalfejn tkun bagħttu
imm’hekk ħassejt
tistenna li ’lmin bagħttu
ma taraħx jew taraħ tard
jew każhu ma tagħtix
u tibqa’ bla ma twieġbek.

Alfred Grech
09/09/2019

No comments:

Post a Comment