Saturday 18 April 2020


About 117 illegal migrants drown off Libyan coast

Xi Jġiegħlom?

Xi jġiehlom ibiegħu ħajjithom
U fittxu li s-sema jkun nir;
Il-bnazzi ta’ baħar imġebbed
Sa jaslu fil-port bla tnikkir?

Xi jġiegħlom itarrfu ħajjithom
Fuq gomma mifqugħa bla riħ
Titbandal fuq wiċċ mewġ iċ-ċaħda
Jilgħadu max-xorti bis-sħiħ?

Il-qilla tal-karba li twassal
Fuq l-ilma, traġitt bla mitmum;
Xi jġiegħlom jitilqu jew jagħmlu
Dil-qabża’ fid-dlam f’tarf l-irdum?

Alfred Grech
18/04/2020

No comments:

Post a Comment