Wednesday 8 April 2020


Kite Flying Day (8th February) | Days Of The Year

Nonfħu xi Bużżieqa.

Qiegħdin tfittxu l-farfett li tliftu
Jew tonsbu għal għasfur li tar?
Ejjew hawn, fuq din l-art li tnixxi
Ħalib u għasel
Fejn iqumu u jirxuxtaw minn bej’ l-imwiet
It-tqanqiliet li huma
It-tifkiriet mitlufa
Waqtiet li għaddejna minnhom
Iż-żmien m’għadux li kien
Inkella ż-żmien waqaf.
Tal-eternita immissu biss ix-xifer
Xefaq kulur ix-xemx nieżla
ix-xemx li tiġġedded jew tiġġebbed.
Din l-logħba ta’ tfulija
Niġru wara xulxin
Intajjru ħamiema
Jew nonfħu xi bużżieqa.

Alfred Grech
08/04/2020.

No comments:

Post a Comment