Tuesday 28 April 2020


After Plastic Straws, Are Balloons Next To Go? - EcoWatch

Bżieżaq.

Bżieżaq tal-arja f’wiċċ l-ilma
Ninġarru mal-kurrenti.

Jekk in-nar trid tiġġilidlu b’nar ieħor
Jekk  għal kull qawwa
Trid qawwa daqsha biex tilqgħalha
Jekk kif jingħad: kelb rieqed la tqajjmux
Mel’issa kunuafu
Li dan hu tir tal-bidu
U terrimot qabel jiżbroffa l-vulkan.
Mel’issa avżati.

Tagħmluna aggressivi
Tqanqluna ġewwa fina
Il-qilla primordjali
Tagħmluna iljuni feroċi
Ma tħallulna ebda għażla oħra milli nkunu
Jekk mhux għedewwa tagħkom.

Imbagħad rebbieħa nerġgħu lura
Mill-ġdid nibdew nilgħabu
Il-logħba tal-imħuħ
Li jiffissaw fil bżieżaq tas-sapun.

Alfred Grech
28/04/2020.

No comments:

Post a Comment