Friday 3 April 2020


The Cloisters: Is it worth visiting it during your trip to New York? -


Limbu.

Fil-Limbu fejn ma tkunx taf aktar
X’inhu jiġri minnek
Hemm il-ħabs ta’ dak li jiġri qed madwarek.
Fil-ħabs fejn xejn ma jiġri ġdid
Kollox jitkejjel bit-toqol tiegħu stess
U toqgħod il-logħba tilgħab bik innifsek
Logħoba li ġa drajt
Logħoba li tilgħaba biex tqanqal ġewwa fik
ix-xintilla tat-tiġrib.
Tista’ tagħmel ta’ bir-ruħek
Li għad tgħix għal dejjem
Għax inti wild l-allat
Fl-evanexxenza tat-tifsir tal-ħajja
Tal-iħirsa ta’ bla għamla
Li jippersegwitawk fil-ħolm qalil.
Fil-ħemda tal-kjostru
Kwarantina tkun bla taf
Jekk hux lejl inkella nhar
Jew jekk għada hux se jisbaħ
Jew jekk jisbaħ ikollokx  għaxja ta’ lejla.
Hawnhekk fil-bitħa ta’ ħabs ir-riħ
Kwaratina mill-inkwinament t’hemm barra
Ma tħossokx ħieles li tista tgħanni
Jew timraħ għax sibt it-tweġiba
Għal kull mistoqsija li staqsejt.

Alfred Grech
03/04/2020

No comments:

Post a Comment