Thursday 16 April 2020



Magic Dream. Oil Painting On Canvas. Stock Illustration ...

Dak Kollu Kien.

Le dak kollu kien biss illużżjoni
Il-ġiri ġrejna, it-talb li tlabna
U l-ħolm li ħlomna
Mal-friefet jittajjru fuq il-ward.

Kien biss il-gigal
Li jġib iż-żiffa li triegħed
Ir-resħa tal-tmien il-jum
Ta’ min għadu qatt ma għexha
Il-ġrajja tar-rebbiegħa.

Dak kollu kien biss il-ħolm
U ma konniex aħna.

Alfred Grech
16/04/2020

No comments:

Post a Comment