Saturday 25 April 2020


Squalor photos, royalty-free images, graphics, vectors & videos ...

Illum.

Illum madmad li rassew fuqna il-prepotenti allat
Tal-kuntemplazzjoni tagħna
Darba li tista’ tgħid u tikteb li trid
Fil-klima tal-espressjoni ħielsa
U tal-konfoffa biex ħadd ma jagħrbel
U jgħaddi mill-meries
Biex inqas ma tkun tinftehem
Iktar tintlaqa’ u aktar iċapċpulek.
U għalhekk ejja noforqu l-ħallel
Ħalli ngħaddu minnu bl-inqas ħsara u b’inqas uġih.
Iżda filwaqt li kulħadd kien qed iħares
Lejħ innifsu ġewwa l-mera
Huma ġew u ħadulna l-veduti tagħna
Ħadulna ruħna u dak kollu
Li konna nafu jew drajna bih
U f’daqqa waħda sirna aħna l-barranin
Interrqu das-sqaqien mudlama
Ta’ dil-kuntrada qadima tagħna.
Jibqgħu ma jafux għax moħħom ma jagħtihomx
Kemm huma kbir il-waħx u kemm hi kbira
Il-ħerba li ħallew.

Alfred Grech
25/04/2020.

No comments:

Post a Comment