Friday 17 April 2020


Limitless Painting by Nad Wolinska

Mhux Int Kont.

Mhux int kont li waddabtli
t-trab f’għajnejja
Kien iż-żmien, kien il-waqt li kont ngħix fih
Kien il-gawwi li tar u reġa’ lura.
Jien bqajt niggranfa mal-qlugħ
Tad-dgħajjsa tiggalleġġja
U sirt l-awtur ta’ narrattiva
Mingħajr karattri.
Int lanqas urejtni bid-draguni
Li wara belgħu l-arja
U ħsibt li bi ftit xorti
Stajt nilħaq saħansitra
l-kwiekeb.
Il-bqija kien kollu ħela ta’ ħin
U dlam il-lejl li fih terraqna
U meta rħejt idejja
Intlift fix-xagħari
Tal-ħajja ta’ kulljum.

Alfred Grech
17/04/2020.

No comments:

Post a Comment