Wednesday 22 April 2020


Kertész André | Disappearing Act (1955) | MutualArt

Int Tlaqt u Ħriġt.

Int tlaqt u ħriġt minn fuq il-palk
Waqt li r-rifletturi kienu fl-aqwa tagħhom
U għereqt fil-baħar ta’ qtigħ il-qalb.
Int’ ħriġt mill-mira tar-radar
Bħal meta jintilef ajruplan
Mingħajr ma ssirt tfittxija.
Int tlaqt id-dramm tagħna ta’ kuljum
Bejn att u ieħor u r-rima li ħallejt
Kienet bla sekwenza
U jiena bqajt intenni waħdi
Minn tlugħ ix-xemx sa nżulha
rużarju solitarju.

Imbagħad erġaj tfaċċajt
Bħalma jitfaċċa dawl tal-fanal
Li juri lill-baħħara li l-art qorbot
U ntfew il-kwiekeb kollha
Ta’ lejl li jrid iferrex id-djamanti
Fuq il-baħar seren.

Imbagħad sirt bħal ġerħa ta’ xi ħadd
Li ndarab għall-għarrieda
U baqa’ ma jistax ifieq minn dik il-ġerħa
Li baqgtħet tnixxi demm u ilma.

Alfred Grech
22/04/2020

No comments:

Post a Comment