Tuesday 7 April 2020



The Benefits of Solitude | The Walrus

Jibqa’ Jitqanqal Fik.

Jibda' jitqanqal fik il-biża’
U l-għadab tal-allat,
Xħin tmidd idejk fid-dlam
Tinħeba wara l-baħħ
Ta’ bejn nifs u ieħor.
Tista’ toqgħod tgħodd
It-tifkiriet indifferenti
Ta’ meta ħlomt li kont tal-ewwel.
Dak hu il-golf li hemm bejnietna
Li jfaqqas l-astrazzjonijiet
U jgħasar bejn ġenbejħ
Il-kliem li ġej mill-qalb.
Ma kull tgħemiża jitfaċċa
Raġġ dawl minn bejn is-sħab
Il-persjani t’għajnejk
U tintebaħ li idek
Kienet fuq idi.
Issa lanqas nista’ norbot aktar
Iż-żmien ma tikmix tal-ħajja
Fejn kull waqt jintilef
U kull ħaġa ssir bla sens.

Alfred Grech
07/04/2020.

No comments:

Post a Comment