Saturday 11 April 2020


Mestre Sidharta Gautama | Mestres ascencionados, Mestres ...

Għajjietna Din Il-Mixja.

Għajjietna din il-mixja
Iddallam moħħna
U ġisimna raqad.
Tal-bieraħ ma kienet xejn għajr
Rebħa efimera fuq l-għadu
Għax l-għada qomna mill-ġdid
Bl-uġih ta’ ta kif
Se nwasslu sa filgħaxija.
U issa lanqas nafu x’inhu
Jiġri għax lanqas għadna nemmnu
Dak li nisimgħu.
U meta noħorġu mill-friex tal-ħolm
U xewqat safja
Insibu ruħna qiegħdin ngħumu
F’wiċċ l-ilma ġieri
U ninġarru mill-kurrenti
Ta’ li qed jiġri
U nkomplu fejn ħallejna
Il-bieraħ.

Alfred Grech
11/04/2020.

No comments:

Post a Comment