Sunday 12 April 2020



volcanoes | Aidan's Passion


Taħraqni Sejra.

Taħraqni sejra bix-xrar li jtir
mill mill-mewġ imqanqal
tal-baħar li tqalleb.

Tagħmini sejra
bid-dija li toħroġ
ma kull ċaqlieqa maħsuba
fwar l-għaraq jiżżerżaq
u d-dawl li joħroġ minnek
ibiddel kollox f’sensazzjoni.

Erfgħani  fuq gradilja
u agħtini n-nar.
Dendilni ma biżżieqa
ħa  nogħla ’l-fuq mis-sħab.

Alfred Grech
12/04/2020.

No comments:

Post a Comment