Thursday 9 April 2020


Wendy Palmer on Twitter: "The sea is a wonderful teacher. It does ...

Imqar il-Baħar Biddel Fehmtu.


Imqar il-baħar biddel fehmtu
U mit-trasparenza kaħla sar lewn il-fidda
Li jweġġa’ l-għjanejn
U beda jgħajjeb lis-sema’
Li baqa’ bajdan u griż.

Issa wkoll li laħaq tela’ l-ajru
Issa lanqas nistgħu aktar nieħdu
B’idejn xulxin
Għax jista’ jkun li kien l-ajru
Li ttradiena
U aħna issa bdejna nħossu l-morsa
Tal-ħitan ta’ djarna
U naqraw magħmul f’għajnejn xulxin.

Issa l-pajjiż kollu għandu d-deni.

Alfred Grech
09/04/2020.

No comments:

Post a Comment