Wednesday 29 April 2020


Lost in nothingness by Teo Kefalopoulos, art work | Art Limited

Ma Jibqa’ Xejn.

Ma tibżax mit-tmellis tiegħi
It-tmellis tiegħi bħal tal-baħar
Daqqa jbewwes l-x-xtajta
U daqqa jkun imqanqal
F’kull meta jitla’ l-ajru.
F’kull kelma li ntennilek
F’kull sillaba mtektka
Hemm int issus u tnaqqar
Hemm seħer ħmar il-lejl.

Mhemm xejn f’dad-dramm
Mhemm xejn wara siparju mxennaq
Xħin jieqaf in-nifs
Jinhtfew ir-rifletturi.

Tilqa’ l-isfida bla ma trid
U tgħannaq is-siġra tal-għerf
U tgħannaq is-siġra tas-salib
U ejja għal darb’oħra
Nitilgħu fuq l-għolja
Nitilgħu it-telgħ tal-kalvarju
Talinqas  għall-isfida.

Ma jibqa’ xejn mil-leħħa ta’ kull waqt
Mid-dħaħen wara l-isplużżjoni
Imbgħad is-skiet, ix-xejn u l-ħemda.

Alfred Grech
29/04/2020.

No comments:

Post a Comment