Friday 24 April 2020



Great Divide | Avatar Wiki | Fandom

Mill-Banda L-Oħra.

Mill-banda l-oħra nafu li ma terġa’ lura qatt
Għal ħolm li ħlomna u għall-għażla tal-kwiekeb
Li raddewlna triq imdawwla,
l-għaliex ngħixu qiegħdin
fuq dan ix-xatt ta’ baħar isolat
fis-solitudni tagħna
kuljum u kull filgodu
inqumu nbarrħu bid-duħħan tal-bieraħ
l-iħirsa tal-magħmul li mhuwiex tagħna.
Għalxejn bit-togħma morra f’ħalqa nxejjnu l-mostru li mhux hemm
Bil-mannara tal-qtiegħ il-qalb
U npejjpu għal darb’oħra l-pipa
Tat-tabakk u tal-loppju
Biex mill-ġdid nitgħalmu
Kif nistgħu naqsamu għan-naħħa l-oħra
Ta din l-għadira li ħloqna aħna
F’jum ieħor fejn biex tirbaħ
trid tweġġa’ lill-ħaddieħor.

Alfred Grech
24/20/20202

No comments:

Post a Comment